Sommarju
Read the full fact sheet- Hi ħaġa naturali li tesperjenza reazzjonijiet qawwija wara avvenimenti inkwetanti jew tal-biżgħa. Avveniment inkwetanti jista' jinkludu nirien fil-foresti jew għargħar, att kriminali jew vjolenti kontriek, aċċident tal-karozza, tkun attakkat fiżikament jew sesswalment, tara ritratti, rapporti tal-aħbarijiet jew messaġġi fuq il-medja soċjali dwar avvenimenti inkwetanti.
- Tesperjenza firxa ta' reazzjonijiet fiżiċi, mentali, emozzjonali u li għandhom x'jaqsmu mal-imġiba. Imma hemm ħafna affarijiet li tista' tagħmel biex tkampa u tirkupra.
- Jekk għadek qed tesperjenza s-sintomi wara minn 3 sa 4 ġimgħat, hu importanti li tikseb l-għajnuna.
On this page
Fejn issib l-għajnuna
- Il-GP tiegħek (tabib tal-familja)
- L-ispeċjalista tas-saħħa mentali tiegħek, bħal psikjatra, psikologista, konsulent li jagħti l-pariri jew social worker
- Iċ-ċentru lokali tas-saħħa komunitarja tiegħek
- Is-Servizz ta' Riferiment tas-Soċjetà Psikoloġika Awstraljana Tel. 1800 333 497
- Iċ-Ċentru Phoenix Australia għas-Saħħa Mentali Post-trawmatikaTel. (03) 9035 5599
- Iċ-Ċentru tas-Sogħba u tat-Telf tal-Qraba Tel. 1800 642 066
Għajnuna tat-trawma speċjalizzata bla ħlas:
- Jekk kont vittma ta' reat, żur victimsofcrime.vic.gov.au/services-for-victims-of-crime-[maltese]. Tista' ċċempel ukoll lill-Linja Telefonika tal-Għajnuna tal-Vittmi tal-Kriminalità fuq 1800 819 817. Hemm l-interpreti.
- Jekk it-tfal tiegħek esperjenzaw attakk allegat sesswali kontra t-tfal f'ċentru tal-kura tat-tfal f'Melbourne, hemm linja bla ħlas iddedikat tal-pariri fuq 1800 791 241. Hemm l-interpreti.
- Jekk kont involut f'aċċident tat-traffiku, ikkuntattja lil Amber Community - sapport u edukazzjon rigward aċċident tat-traffiku fuq (03) 8877 6900 jew 1300 367 797.
Tista' tikseb parir minn:
- Lifeline Tel. 13 11 14
- GriefLine Tel. 1300 845 745
- beyondblue Tel. 1300 22 4636
- NURSE-ON-CALL Tel. 1300 60 60 24 – għall-informazzjoni u parir speċjalizzat dwar is-saħħa (24 siegħa, 7 ijiem)
- Australian Parenting Website – raisingchildren.net.au
Tista' wkoll tisma' dan il-podcast dwar it-trawma u l-irkuprar.
Żur Traduzzjonijiet dwar is-Saħħa għal tagħrif dwar it-trawma u l-irkuprar bil-lingwa tiegħek.
Kif tirreaġixxi rigward it-trawma
Il-mod kif tirreaġixxi għat-trawma jiddependi minn:
- it-tip u s-severità tal-avveniment trawmatiku
- jekk kellekx xi esperjenza jew taħriġ preċedenti
- jekk kontx direttament involut jew kontx biss xhud
- l-ammont ta' għajnuna disponibbli li ngħatajt wara l-avveniment
- xi affarijiet stressanti oħra li qed jiġru f'ħajtek
- kif is-soltu tkampa meta tesperjenza avvenimenti stressanti
- kwalunkwe esperjenza trawmatika preċedenti.
Meta jgħaddi avveniment inkwetanti, għandek mnejn issib ruħek tipprova tifhem l-avveniment. Dan jista' jinkludi taħseb dwar:
- kif u għala ġara
- kif u għala kont involut
- għala tħossok hekk
- jekk l-emozzjonijiet li qed tesperjenza jurux x'tip ta' persuna int
- jekk l-esperjenza bidlitx l-opinjoni tiegħek dwar il-ħajja, u kif.
Int tista' tesperjenza reazzjonijiet emozjonali, mentali, fiżiċi u rigward l-imġiba.
Reazzjonijiet emozjonali għal trawma
Tista' tħossok:
- stressat, anzjuz, jew imbeżża' ħafna
- ippanikkjat, qisu se jiġri xi ħaġa oħra
- qiesek tinsab fil-periklu
- ma tħoss xejn jew ixxukkjat
- konfuż
- emozzjonali akar ta' spiss u rrabbjat
- għajjien ħafna u bla enerġija
- qalbek sewda
- protettiv tal-oħrajn inkluż il-membri tal-familja u ħbieb
- qiesek ma tridx toħroġ mid-dar tiegħek
- qiesek tixtieq tidħol f'qoxortok jew tevita n-nies u l- postijiet.
Dawn ir-reazzjonijiet huma normali, u għandek mnejn tħoss ħafna minn dawn ir-reazzjonijiet f'daqqa.
Hi parti mill-fejqan naturali ta' ġismek u l-proċess tal-irkuprar, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet se tħossok aħjar.
Reazzjonijiet mentali għal trawma
Int għandek mnejn:
- issibha bi tqila tikkonċentra u tiftakar affarijiet
- taħseb dwar l-avveniment meta ma tridx tagħmel dan
- toqgħod iġġib quddiem għajnejk u tirrepeti f'moħħok dak li ġara
- tkun konfuż u diżorjentat.
Reazzjonijiet fiżiċi għat-trawma
Ġismek għandu mnejn:
- ikun għajjien u mifni
- issibha bi tqila biex torqod
- tħoss dardir, remettar, sturdament u uġigħ ta' ras
- tesperjenza għaraq eċċessiv
- ikollok rata għolja tal-qalb.
Reazzjonijiet dwar l-imġiba tiegħek għal trawma
Int għandek mnejn:
- ma tkunx trid minn ifakkrek dwar dak li ġara
- tibqa' taħseb u titkellem dwar dak li ġara
- tibdel jew twarrab minn affarijiet li s-soltu tagħmel ta' kuljum
- tiekol ħafna iżjed jew inqas
- tixrob aktar alkoħol u/jew kafè
- tpejjep is-sigaretti
- tevita l-irqad.
Kif tfiq u tirkupra wara t-trawma
Kwalunkwe ħaġa li tirriskja s-sigurtà jew il-ħajja tiegħek, jew ta' oħrajn, se ġġagħlek tħossok stressat. Dan jissejjaħ "mod tal-emerġenza" u jseħħ meta ġismek qed jipprova jirrispondi għal theddida. Ġisimna qed jippruvaw jagħtuna ħafna enerġija fi żmien qasir biex jgħinu l-għajxien tagħna.
Il-biċċa l-kbira tan-nies ser jibqgħu "fil-mod tal-emerġenza" għal perjodu qasir ta' żmien. Imma int tista' tmur lura għal "mod tal-emerġenza" meta jiġru affarijiet li ma kontx tistenna jew terġa' tkun taħt l-istress. Għalhekk għandek mnejn tħossok għajjien wara avveniment trawmatiku.
Biex tgħin lil ġismek ifiq u jirkupra, jeħtieġ tgħin lilek innifsek toħroġ 'mill-mod tal-emerġenza'. Jgħin lil ġismek jirresettja u jmur lura għal-livelli normali tal-enerġija. Dan normalment jiġri fi żmien madwar xahar jew hekk mill-avveniment.
Hemm ħafna strateġiji li jistgħu jgħinuk tfiq u tirkupra. Int tista':
- tirrikonoxxi li għaddejt minn esperjenza inkwetanti jew tal-biżgħa. Ir-reazzjonijiet tiegħek huma normali
- taċċetta li mhux ser tħossok f'tiegħek, imma dan se jgħaddi
- ipprova ma tirrabjax jew tkun frustrat miegħek innifsek jekk ma tistax tagħmel l-affarijiet bħas-soltu
- evita milli tixrob jew tieħu d- drogi biex jgħinuk tkampa
- evita milli tieħu deċiżjonijiet kbar jew tibdil kbir tal-ħajja qabel ma tħossok aħjar
- tgħaġġilx biex terġa' tmur lura għall-ħajja normali tiegħek
- kellem lil xi ħadd li jista' jissapportjak u jifhmek
- ipprova żomm ir-rutina normali tiegħek u żomm ruħek attiv
- ipprova għamel ħiltek biex ma tevitax ċerti postijiet jew attivitajiet
- warrab ħin biex tistrieħ
- sib ħin għall-eżerċizzju regolari
- għid lill-familja u lill-ħbieb tiegħek x'għajnuna għandek bżonn, bħal ħin ta' mistrieħ jew li tista' tkellem lil xi ħadd
- uża tekniċi ta' serħan bħal yoga, tan-nifs jew meditazzjoni. Tista' wkoll tagħmel affarijiet li jagħtuk gost, bħal tisma' l-mużika u taħdem fil-ġnien
- tesprimi l-emozzjonijiet hekk kif tħosshom. Tista' titkellem ma' xi ħadd dwar is-sentimenti tiegħek jew tiktibhom
- ikkonfronta l-memorji u l-esperjenzi tiegħek hekk kif tħosshom. Aħseb dwarhom, imbagħad warrabhom. Jekk iġibu memorji oħra, ipprova żommhom separati mill-problema kurrenti.
Jekk għadek qed issibha bi tqila, tista' tikseb għajnuna professjonali
L-istress ikkawżat minn avveniment trawmatiku jista' jkompli. Għandek tikseb għajnuna professjonali jekk:
- ilek tħossok inkwetat ħafna emozzjonalment għal aktar minn xahar jew hekk wara l-avveniment
- tkompli ma tħossx emozzjonijiet jew tħossok vojt
- tkompli turi sinjali fiżiċi ta' stress
- tkompli tesperjenza diffikultajiet fl-irqad jew ħmar il-lejl
- ipprova evita kwalunkwe ħaġa li tfakkrek fl-esperjenzi tiegħek
- m'għandek lil ħadd ma' min tista' taqsam l-emozzjonijiet tiegħek
- issib li r-relazzjonijiet tiegħek mal-familja u l-ħbieb qed ibatu
- moħħok mhux hemm
- qed tuża l-alkoħol jew d-drogi
- ma tistax tmur lura għax-xogħol jew timmaniġġja r-responsabilitajiet tiegħek ta' kuljum
- terġa' toqgħod taħseb dwar l-esperjenza trawmatika
- tħossok nervuż il-ħin kollu u tieħu qatgħa faċilment.
Dwar id-diżordni tal-istress post-trawmatiku (PTSD)
Wara avveniment inkwetanti, xi nies iħossu li ma jmorrux għall-aħjar wara madwar xahar jew hekk.
Din it-tip ta' reazzjoni tista' tagħmel impatt fuq ħajtek b'modi differenti. Tista' tbiddel ir-relazzjonijiet tiegħek mal-familja u mal-ħbieb jew tagħmilha aktar iebsa biex taħdem.
Dan jista' jkun diżordni tal-istress post-trawmatiku, jew PTSD.
Jekk taħseb li għandek mnejn qed tesperjenza PTSD, għandek titlob l-għajnuna ta' professjonist tas-saħħa.
Jekk fi kwalunkwe ħin int imħasseb dwar is-saħħa mentali tiegħek jew is-saħħa mentali ta' xi ħadd maħbub tiegħek, ċempel lil Lifeline fuq 13 11 14.